27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/16


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2017 – Lotte vs EUIPO – Nestlé Schöller (rappreżentazzjoni ta’ koala)

(Kawża T-41/17)

(2017/C 095/25)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Knitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nestlé Schöller GmbH & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni (rappreżentazzjoni ta’ koala) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 158 463

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Ottubru 2016, fil-Każ R 250/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.