3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/49


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/17)

(2017/C 104/69)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2018 tal-Kummissjoni Ewropea (KE), tal-15 ta’ Novembru 2016 (ĠU 2016, L 312, p. 26), li teskludi mill-finanzjament infiq speċifiku mwettaq mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti fejn eskludiet mill-finanzjament l-ammont ta’ EUR 1 990 810,30 relatat ma’ nefqa ddikjarata mill-Portugal taħt il-Miżura “Żvilupp rurali li jaqa’ taħt l-investiment tal-FAEŻR – benefiċjarji privati” fil-kontijiet għas-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 31(4)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet argumenti.

Fl-ewwel argument, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma kkomunikatx il-prova ta’ dubji serji u raġonevoli;

Fit-tieni argument, ir-rikorrenti tallega nuqqas ta’ applikabbiltà għall-każ inkwistjoni tal-linji gwida previsti fid-Dokument VI/5330/97-PT, tat-23 ta’ Diċembru 1997;

Fit-tielet argument, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma spjegatx il-fatti involuti fir-rekwiżiti għall-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % previsti fid-Dokument VI/5330/97-PT, tat-23 ta’ Diċembru 1997.