|
27.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/40 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2017 – Europa Terra Nostra vs Il-Parlament
(Kawża T-13/17)
(2017/C 063/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Europa Terra Nostra e.V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Richter, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla l-Artikolu I.4.1 tad-deċiżjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Diċembru 2016 (Nru: FINS-2017-30) dwar it-tnaqqis tal-ammonti ta’ finanzjament bil-quddiem għal 33 % tal-ammont massimu stabbilit u l-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-Trattati u tar-regoli tad-dritt relatati mal-applikazzjoni tagħhom
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega użu ħażin ta’ poter mill-konvenut. Hija ssostni li l-miżuri tal-konvenut huma purament manuvra politikament motivata sabiex tiġi rtirata l-assistenza finanzjarja mogħtija lil partit politiku li ma huwiex popolari, inkluża l-fondazzjoni affiljata, u b’hekk jimmanipula l-kompetizzjoni politika fl-Unjoni. |
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362 p 1).