Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018 – Perfect Bar vs EUIPO (PERFECT Bar)
(Kawża T-759/17)
“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PERFECT Bar - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”
|
1. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punt 16) |
|
2. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punti 17-19) |
|
3. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattiv PERFECT Bar [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))] (ara l-punti 33, 54-56, 67, 79) |
|
4. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 37-39) |
|
5. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Legalità – Eżami mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 59) |
|
6. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 60, 61) |
|
7. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal – Teħid inkunsiderazzjoni tal-unika leġizlazzjoni tal-Unjoni – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi – Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-korpi tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 64-66) |
|
8. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tad-diversi motivi ta’ rifjut – Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tal-motivi stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)] (ara l-punt 72) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-5 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2440/2016-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas sinjal figurattiv PERFECT Bar bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2440/2016-4) hija annullata, f’dak li jirrigwarda “supplimenti tal-proteini” u “supplimenti nutrizzjonali u alimentari”. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |