Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 – Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑617/17)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni – Stat terz – Kuntratt pubbliku nazzjonali – Amministrazzjoni deċentralizzata – Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali – Investigazzjonijiet tal-OLAF – Dannu morali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2185/96 – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Aspettativi leġittimi – Proporzjonalità – Dritt għal smigħ”

1. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni fl-intier tiegħu

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 34-38)

2. 

Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Investigazzjonijiet –Kontrolli u verifiki fuq il-post – Determinazzjoni tal-informazzjoni u tad-dokumentazzjoni neċessarji għall-iżvolġiment tajjeb tal-kontrolli u verifiki fuq il-post – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-OLAF

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2013, Artikolu 3; Regolament tal-Kunsill Nru 2185/96, Artikolu 7(2))

(ara l-punt 68)

3. 

Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Investigazzjonijiet – Kontrolli u verifiki fuq il-post – Limitazzjoni tal-aċċess tal-OLAF għall-fajl jew għad-dokumenti li jiddenominaw b’mod espress il-kuntratt jew il-proġett inkwistjoni – Assenza

(ara l-punt 86)

4. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni

(ara l-punt 114)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba illegalitajiet li twettqu, minn naħa, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) waqt spezzjoni li saret fil-bini tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, mill-Kummissjoni Ewropea insegwitu tal-imsemmija spezzjoni.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Vialto Consulting Kft. hija kkundannata għall-ispejjeż.