Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 – BEI vs Is‑Sirja

(Kawża T‑590/17)

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ self ‘Water Supply Sweida Region’ Nru 80212 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ self konkluż mill-Bank Ewropew tal-Investiment mas-Sirja – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita mill-Artikoli 256 u 272 TFUE, u l-klawżola ta’ arbitraġġ

(Artikoli 256(1) u 272 TFUE)

(ara l-punti 14, 15)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ self konkluż mill-Bank Ewropew tal-Investiment mas-Sirja – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi kuntrattwali tas-Sirja – Rikors ippreżentat mill-Bank f’isem l-Unjoni – Ammissibbiltà – Kummissjoni li inkarigat lill-Bank li jibda proċeduri ta’ rkupru f’isem l-Unjoni

(Artikoli 256 (1) u 272 TFUE)

(ara l-punti 18 sa 20)

3. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż li jikseb, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ self, il-kundanna għal ħlas ta’ partijiet eventwali li jaslu wara d-data tar-rikors u li baqgħu mhux imħallsa – Ċirkustanzi ipotetiċi li għadhom ma seħħewx – Inammissibbiltà

[Regoli tal-Proċedura tla-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)]

(ara l-punti 22 sa 26)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana li tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-ftehim ta’ self “Water Supply Sweida Region” Nru 80212, flimkien ma’ interessi moratorji.

Dispożittiv

1) 

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 726 942.81.

2) 

L-imsemmija somma tinkludi interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali b'rata annwali ta’ 3.5% mill-25 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4) 

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.