Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T‑541/17)

“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Self ‘Electricity Transmission Project’ Nru 20868 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ self konkluż mill-Bank Ewropew tal-Investiment mas-Sirja – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita mill-Artikoli 256 u 272 TFUE, u l-klawżola ta’ arbitraġġ

(Artikoli 256(1) u 272 TFUE)

(ara l-punti 16, 17)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ self konkluż mill-Bank Ewropew tal-Investiment mas-Sirja – Nuqqas tas-Sirja li twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha – Surroga tal-Unjoni fid-drittijiet tal-Bank – Rikors ippreżentat mill-Bank f’isem l-Unjoni – Ammissibbiltà – Rikors ippreżentat mill-Bank f’ismu stess – Inammissibbiltà – Assenza ta’ interess ġuridiku

(Artikoli 256(1) u 272 TFUE)

(ara l-punti 21 sa 30)

3. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż sabiex jikseb, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ self, il-kundanna għal ħlas ta’ partijiet eventwali li jaslu wara d-data tar-rikors – Ċirkustanzi ipotetiċi li għadhom ma seħħewx – Inammissibbiltà

[Regoli tal-Proċedura tla-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)]

(ara l-punti 32 sa 36)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana li tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-ftehim ta’ self “Electricity Transmission Project” Nru 20868, flimkien ma’ interessi moratorji.

Dispożittiv

1) 

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somom ta’ EUR 38934 400.51 u ta’ 3383 971.66 frank Svizzeru (CHF).

2) 

Għandhom jitħallsu interessi moratorji fuq l-imsemmija somom, ikkalkolati skont il-metodu previst mill-Artikolu 3(2) tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Transmission Project” Nru 20868, konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fl-14 ta’ Diċembru 2000 u emendat fl-20 ta’ Diċembru 2004, fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, mid‑9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4) 

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.