Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Mejju 2018 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer)

(Kawża T-428/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALPINEWELTEN Die Bergführer – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet assoluti għal rifjut–Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz–Kunċett

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))]

(ara l-punti 24-27)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet assoluti għal rifjut–Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz–Kriterji

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))]

(ara l-punti 28, 29)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet assoluti għal rifjut–Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz–Trade mark figurattiva ALPINEWELTEN Die Bergführer

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))]

(ara l-punti 31, 37-39, 44-46, 49, 51-63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 1339/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ALPINEWELTEN Die Bergführer bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Alpine Welten Die Bergführer GmbH & Co.KG hija kkundannata għall-ispejjeż.