Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (Id‑Disa’ Awla) tat‑28 ta’ Settembru 2022 – Leino-Sandberg vs Il‑Parlament
(Kawża T‑421/17 RENV)
“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokument dwar id-deċiżjoni li tirrifjuta lil terz l-aċċess sħiħ għat-tabelli tat-trilogi li jirrelataw mal-Proposta ta’ Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar l-Europol u li jħassru d-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI – Rifjut ta’ aċċess – It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-opinjonijiet legali”
|
1. |
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 1, 2, 4 u 11 u Artikoli 1 u 4) (ara l-punti 23 sa 25, 27, 28 u 30) |
|
2. |
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4) (ara l-punt 26) |
|
3. |
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu ta’ bbilanċjar tal-interessi inkwistjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 2 u Artikolu 4) (ara l-punt 29) |
|
4. |
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji – Kamp ta’ applikazzjoni – Dokumenti li ma jkunux tfasslu għall-bżonnijiet biss ta’ proċedura ġudizzjarja u li ma jistgħux jikkompromettu d-difiża tal-awtur tal-imsemmija dokumenti – Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 38 sa 41, 48, 53 u 54) |
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni A(2016) 15112 tal-Parlament Ewropew, tat‑3 ta’ April 2017, li tirrifjuta li tagħti lil Päivi Leino-Sandberg l-aċċess għad-Deċiżjoni A(2015) 4931 tal-Parlament, tat‑8 ta’ Lulju 2015, indirizzata lil Emilio De Capitani, hija annullata. |
|
2) |
Il Parlament huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Päivi Leino-Sandberg. |
|
3) |
Ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |