Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) tat‑23 ta’ Settembru 2020 – Portigon vs SRB

(Kawża T-420/17)

“Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta u individwali – Ammissibbiltà – Rekwiżiti formali essenzjali – Awtentikazzjoni tad-deċiżjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza”

1. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Locus standi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċizjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Inċidenza diretta u individwali ta’ istituzzjoni debitriċi ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikoli 67(4) u 70(2))

(ara l-punti 40, 41, 91, 94)

2. 

Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Asssenza ta’ awtentikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata – Neċessità li jiġu invokati dannu jew difetti oħra barra l-assenza ta’ awtentikazzjoni – Assenza – Motiv li għandu jitqajjem ex officio mill-qorti

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 47 sa 52)

3. 

Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Asssenza ta’ awtentikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata – Anness għad-deċiżjoni kkontestata li jikkostitwixxi element essenzjali tagħha – Dokument elettroniku mhux iffirmat u mhux marbut indissoċjabbilment mat-test tad-deċiżjoni kkontestata

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 58, 59, 66)

4. 

Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – 42681 / Assenza ta’ awtentikazzjoni ta’ att – Assenza jew insuffiċjenza tal-motivazzjoni – Motiv li għandu jitqajjem ex officio mill-qorti

Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE

(ara l-punti 61, 62, 129)

5. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Relazzjoni stretta bejn l-obbligu ta’ motivazzjoni u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 47)

(ara l-punti 86 sa 90, 92)

6. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċizjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Opaċità tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante – Kalkolu li jibbaża b’mod interdipendenti fuq l-informazzjoni kunfidenzjali tal-istituzzjonijiet l-oħra – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li joriġina, għall-parti mill-kalkolu dwar l-adattament skont il-profil ta’ riskju, mill-illegalità, invokata permezz ta’ eċċezzjoni, tal-Artikoli 4 sa 7 u 9 u Anness I tar-Regolament ta’ Delega 2015/63

(Artikoli 296 u 277 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikoli 67(4) u 70(2); Regolament tal-Kummissjoni 2015/63, Artikoli 4 sa 7 u 9 u Anness I; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/59, Artikolu 103)

(ara l-punti 95, 98, 105, 110 sa 113, 127, 129 sa 131)

7. 

Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Deċizjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) li tistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – 98209 / Annullament li jwassal għall-eżami mill-ġdid tal-ġbir ta’ somom ta’ flus imwettaq abbażi tal-att annullat – 98214 /Riskju ta’ preġudizzju għaċ-ċertezza legali tal-interessi inkwistjoni – Assenza

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE)

(ara l-punti 134 sa 137)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal‑11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tal Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05) hija annullata, sa fejn tikkonċerna lil Portigon AG.

2) 

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Portigon.

3) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.