Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) tat‑30 ta’ Marzu 2022 – Deutsche Lufthansa et vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑342/17) ( 1 )
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi tal-merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Limitazzjoni mill-Istat –Ksur uniku u kontinwu”
|
1. |
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Identifikazzjoni tal-motivi mis-sustanza u mhux mill-klassifikazzjoni formali tagħhom (Artikolu 263 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)) (ara l-punti 64-66) |
|
2. |
Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Identifikazzjoni tal-ksur sanzjonat – Rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Ċarezza u preċiżjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni – Evalwazzjoni – Preeminenza tal-formulazzjoni tad-dispożittiv fuq il-motivi (Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-trasport bl-ajru, Artikolu 8 u Artikolu 11(2); Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 75-78) |
|
3. |
Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Kompetenza tal-Kummissjoni – Ammissibbiltà fid-dawl tad-dritt internazzjonali pubbliku – Implimentazzjoni jew effetti kklassifikati bħala prattiki abbużivi fiż-ŻEE – Rimedji alternattivi – Kriterju tal-effett immedjat, sostanzjali u prevedibbli – Portata fil-preżenza ta’ aġir li għandu bħala għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni (Artikolu 101 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53) (ara l-punti 102-111, 123, 124, 130, 134, 136-139, 140, 142, 150, 151-156) |
|
4. |
Rikors għal annullament – Aggravji – Nuqqas ta’ kompetenza tal-istituzzjoni awtur tal-att ikkontestat – Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 175, 176) |
|
5. |
Kompetizzjoni – Trasport – Regoli tal-kompetizzjoni – Trasport bl-ajru – Regolamenti tal-Kunsill dwar l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni– Kamp ta’ applikazzjoni – Rabtiet Unjoni-pajjiżi terzi u rotot ŻEE ħlief Unjoni-pajjiżi terz – Inklużjoni minn Mejju 2004 u Mejju 2005 rispettivament – Kompetenza tal-Kummissjoni – Portata – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi li seħħew qabel dawn id-dati – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà [Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53 u Anness XIII kif ukoll Protokoll 21, kif emendati permezz tal-Kumitat Imħallat taż-ŻEE Nru 40/2005; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 32(ċ), u Nru 411/2004, Artikoli 1 u 3) (ara l-punti 208-221, 229, 235) |
|
6. |
Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Kunċett – Prattiki u aġir ta’ ksur li jagħmlu parti minn pjan ġenerali li jipprevedi għan uniku – Evalwazzjoni – Kriterji – Identiċità tas-suġġett u tas-suġġetti – Indizji rilevanti (Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-trasport bl-ajru, Artikolu 8) (ara l-punti 239, 242, 253-261, 273-275, 285, 287, 302, 303) |
|
7. |
Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontenut u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-iżvilupp tiegħu – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Ksur minħabba l-għan – Grad suffiċjenti ta’ noċività – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 101 TFUE) (ara l-punti 325-328, 332-335) |
|
8. |
Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Aġir impost minn miżuri statali – Esklużjoni – Kundizzjonijiet – Eżistenza ta’ restrizzjonijiet li jistgħu jeskludu kull aġir awtonomu tal-impriżi – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-impriża li tipprevalixxi ruħha – Portata Artikoli 101 u 102 TFUE) (ara l-punti 346-350, 357, 359) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha. |
|
3) |
Deutsche Lufthansa AG, Lufthansa Cargo AG, Swiss International Air Lines AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni. |
( 1 ) ĠU C 239, 24.7.2017.