Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-24 ta’ Ottubru 2019 – Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz vs ACER

(Kawża T-333/17)

“Enerġija – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER – Determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Inammissibbiltà parzjali – Regolament (UE) 2015/1222 – Kompetenza tal-ACER”

1. 

Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 34, 43, 44)

2. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Assenza – Inammissibbiltà

(Artikolu 263, ir-raba’ paragrafu, TFUE)

(ara l-punti 36, 37)

3. 

Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) – Kompetenzi – Portata –Modalitajiet u kundizzjonijiet ta’ aċċess u ta’ sigurtà tal-użu applikabbli għall-infrastrutturi elettriċi u tal-gass transkonfinali – Approvazzjoni ta’ proposta tal-amministraturi tan-netwerk ta’ trasport dwar id-determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċità – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 713/2009, Artikolu 8(1); Regolament tal-Kummissjoni 2015/1222, Artikolu 9(10), (11) u (12)

(ara l-punti 51-55, 59, 60)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni A-001-2017 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-ACER, tas-17 ta’ Novembru 2016, li tiċħad ir-rikors kontra d-Deċiżjoni Nru 6/2016 tal-ACER dwar id-determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet.

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni A‑001‑2017 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), tas-17 ta’ Novembru 2016, li tiċħad ir-rikors kontra d-Deċiżjoni Nru 6/2016 tal-ACER dwar id-determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet hija annullata safejn hija tiċħad ir-rikors ta’ Austrian Power Grid AG u ta’ Vorarlberger Übertragungsnetz GmbH.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

L-ACER għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Austrian Power Grid u minn Vorarlberger Übertragungsnetz.

4) 

Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz għandhom ibatu tliet kwarti mill-ispejjeż proprji tagħhom.

5) 

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, Verbund AG u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.