Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal‑5 ta’ Diċembru 2018 – Campbell vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑312/17)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu miftuħa mill-Kummissjoni kontra r-Repubblika tal-Litwanja – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u awditi – Preżunzjoni ġenerali – Interess pubbliku superjuri”

1. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti – Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti – Obbligu ta’ eżami konkret u individwali fir-rigward tad-dokumenti koperti minn eċċezzjoni – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 4 u l-Artikoli 1 u 4)

(ara l-punti 23, 25)

2. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Portata – Applikazzjoni għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni dwar proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu pendenti – Inklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punt 26)

3. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001– Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Possibbiltà li wieħed jibbaża fuq preżunzjonijiet ġenerali applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

(ara l-punti 27, 28, 57)

4. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Applikazzjoni għad-dokumenti relatati ma’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu waqt il-fażi prekontenzjuża tagħha – Preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Ammissibbiltà – Neċessità tal-applikabbilt] ta’ leġiżlazzjoni speċifika li tipprevedi kuntest iktar restrittiv minn dak tar-Regolament Nru 1049/2001 għall-iżvelar tad-dokumenti mitluba – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punti 29, 30, 33, 37-39)

5. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Invokazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dokumenti mitluba – Effetti tal-applikazzjoni tal-preżunzjoni – Żvelar parzjali tal-kontenut – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punt 47)

6. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Invokazzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza u tad-dritt tal-pubbliku li jkun infurmat dwar ix-xogħol tal-istituzzjonijiet – Neċessità li jiġu sostnuti kunsiderazzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ din il-kawża

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punti 58, 59, 64)

7. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Kunċett – Interess suġġettiv tal-persuna kkonċernata li tiddefendi lilha nnifisha – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

(ara l-punti 60, 62)

8. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Obbligi – Kooperazzjoni leali – Portata – Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li titlob lill-Kummissjoni li tikkomunikalha elementi ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu pendenti sabiex teżamina l-kwistjoni ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali

(Artikolu 4(3) TUE)

(ara l-punt 63)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 2448 finali tas‑7 ta’ April 2017 li tiċħad l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura għal nuqqas ta’ ksur 2013/0406 kontra r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU 2010, L 280, p. 1).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Liam Campbell u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.