Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas‑6 ta’ Ġunju 2018 – Uponor Innovationvs EUIPO – Swep International (SMATRIX)

(Kawża T‑264/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SMATRIX – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti AsyMatrix – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b)) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001) – Estensjoni tal-eżami li għandu jsir mill-mill-Bord tal-Appell – Assenza ta’ evalwazzjoni ta’ prova prodotta quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni”)

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet relattivi għal rifjut–Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu–Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti–Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 17, 18)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet relattivi għal rifjut–Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu–Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti–Rifjut ta’ reġistrazzjoni minħabba raġuni relattiva għal rifjut anki limitata għal parti tal-Unjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 19)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet relattivi għal rifjut–Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu–Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati–Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 22)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet relattivi għal rifjut–Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu–Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti–Trade mark verbali SMATRIX u trade mark figurattiva AsyMatrix

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 27, 35, 51, 61, 68, 71, 76, 82)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet relattivi għal rifjut–Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu–Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati–Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 45-47)

6. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet relattivi għal rifjut–Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu–Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati–Kriterji ta’ evalwazzjoni–Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 52, 53, 56)

7. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Proċedura għat-tressiq ta’ kawża–Appell minn deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju li tiddeċiedi fl-ewwel istanza mibgħut quddiem il-Bord tal-Appell–Kontinwità funzjonali bejn dawn iż-żewġ istanzi–Eżami tal-appell mill-Bord tal-Appell–Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76)

(ara l-punt 80)

8. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Proċedura għat-tressiq ta’ kawża–Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni–Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata–Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3))

(ara l-punt 86)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 236/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Swep International u Uponor Innovation.

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal‑1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 236/2016-2) hija annullata.

2) 

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Uponor Innovation fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

3) 

Swep International AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Uponor Innovation fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.