Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal‑11 ta’ Diċembru 2018 – BTB Holding Investments u Duferco Participations Holding vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑100/17)

“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-azzar – Għajnuna mogħtija mill-Belġju lil diversi impriżi tas-settur tal-azzar – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Kriterju tal-investitur privat”

1. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża – Inklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 39 sa 43)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Stat azzjonist ta’ impriża – Stat li jaġixxi bħala awtorità pubblika – Distinzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat – Elementi ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 44 sa 46, 51 sa 53)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-Kummissjoni – Portata

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 47, 48)

4. 

Rikors għal annullament – Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni – Interpretazzjoni tal-motivazzjoni ta’ att amministrattiv – Limiti

(Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE)

(ara l-punt 59)

5. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Formalità essenzjali distinta mill-fondatezza tad-deċiżjoni

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 62, 63, 199, 200)

6. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punti 67, 68)

7. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Disponimenti ta’ parteċipazzjoni – Determinazzjoni tal-prezz – Kriterji

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 73 sa 76)

8. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Obbligu tal-Istat Membru li jipprovdi elementi oġġettivi u verifikabbli tan-natura ekonomika tal-attività tiegħu – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-Kummissjoni – Portata

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 77 sa 82, 85)

9. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 83, 84)

10. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 86 sa 90, 141, 142)

11. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura raġonevoli tat-tranżazzjoni għal investitur privat li tfittex politika għal żmien medju jew fit-tul

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 99, 204)

12. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Kriterju ta’ investitur privat – Kontribuzzjoni ta’ kapital – Konkomitanza tal-kontribuzzjonijiet tal-investituri privati u pubbliċi – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 260, 262 sa 264)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2041 tal‑20 ta’ Jannar 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco (ĠU 2016, L 314, p. 22).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

BTB Holding Investments SA u Duferco Participations Holding SA huma kkundannati għall-ispejjeż.