Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad‑19 ta’ Ġunju 2018 –
Le Pen vs Il‑Parlament
(Kawża T‑86/17)
“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali – Drittijiet tad-difiża – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Użu ħażin ta’ poter – Indipendenza tal-Membri – Żball ta’ fatt – Proporzjonalità”
|
1. |
Rikors għal annullament – Stħarriġ tal-legalità – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tal-att kontenzjuż (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 42) |
|
2. |
Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Intaxxar li jista’ jseħħ biss wara d-deċiżjoni li taqta’ l-kawża (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 170) (ara l-punt 46) |
|
3. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament (Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68) (ara l-punti 59, 60, 62) |
|
4. |
Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 68) |
|
5. |
Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) – Investigazzjonijiet – Rapport finali ta’ investigazzjoni u rakkomandazzjonijiet – Obbligu ta’ komunikazzjoni mal-persuna kkonċernata – Assenza – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-ittra anonima li wasslet għall-investigazzjoni – Assenza – Annullament tad-deċiżjoni adotatta abbażi tar-rapport ta’ investigazzjoni minħabba ksur tad-drittijiet tad-difiża – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2013, Artikoli 10(2) u 11(4)) (ara l-punti 83, 87) |
|
6. |
Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) – Investigazzjonijiet – Drittijiet tad-difiża – Portata – Dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni – Assenza ħlief l-intenzjoni li jiġi adottat att li jikkawża preġudizzju lill-persuna kkonċernata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2013) (ara l-punt 84) |
|
7. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament – Inapplikabbiltà tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għall-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47(2); deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68) (ara l-punt 92) |
|
8. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Obbligu li l-Membru jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Assenza (Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68(2)) (ara l-punti 95 sa 100) |
|
9. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mhux marbuta mal-eżerċizzju tal-mandat parlamentari – Esklużjoni (Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 33) (ara l-punt 110) |
|
10. |
Uffiċjali – Assistenti parlamentari akkreditati – Drittijiet u obbligi – Attività esterna – Obbligu li tintalab awtorizzazzjoni minn qabel – Portata – Eżerċizzju ta’ funzjonijiet fi ħdan partit politiku nazzjonali – Neċessità ta’ awtorizzazzjoni (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12b(1); Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 127) (ara l-punt 118) |
|
11. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Kontroll relatat mal-użu ta’ spejjeż ta’ assistenza parlamentari – Oneru tal-prova (Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 33(1)) (ara l-punti 125, 126) |
|
12. |
Uffiċjali – Assistenti parlamentari akkreditati – Drittijiet u obbligi – Żvelar ta’ informazzjoni marbuta mas-servizz – Dmir ta’ diskrezzjoni – Portata (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 17(1); Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 127; deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tat-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 9) (ara l-punt 131) |
|
13. |
Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 135, 142, 147) |
|
14. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Effett tal-assenza ta’ deċiżjonijiet ta’ rkupru li jikkonċernaw Membri ta’ formazzjonijiet politiċi oħra – Assenza – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li għandu jiġi rrikonċiljat ma’ dak tal-prinċipju ta’ legalità (Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68) (ara l-punti 152, 154 sa 156) |
|
15. |
Parlament Ewropew – Membri – Indipendenza – Portata Artikoli 2 TUE u 10(1) u (2) TUE; Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, Artikolu 2; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684, Artikolu 9) (ara l-punti 175 sa 177) |
|
16. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament – Preġudizzju għall-indipendenza tal-Membru kkonċernat – Assenza (Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68) (Ara l-punti 179 sa 181, 183) |
|
17. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament – Preġudizzju għall-projbizzjoni fil-konfront tal-Membru kkonċernat li jkun marbut b’istruzzjonijiet ta’ terzi – Assenza (Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, Artikolu 2) (ara l-punt 186) |
|
18. |
Parlament Ewropew – Membri – Spejjeż u allowances – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Ammont li għandu jiġi rkuprat – Assenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tal-Parlament – Invokazzjoni mill-Membru kkonċernat ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ċaħda (Artikolu 5(4) TUE; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68(1)) (ara l-punti 197 sa 200) |
|
19. |
Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 90(1)) (ara l-punt 206) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal‑5 ta’ Diċembru 2016 dwar l-irkupru mir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 298 497.87 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata magħha tas‑6 ta’ Diċembru 2016.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Marion Le Pen għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |