Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas‑17 ta’ Ottubru 2018 –
Golden Balls vs EUIPO – Les Éditions P. Amaury (GOLDEN BALLS)

(Kawża T‑8/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GOLDEN BALLS – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BALLON D’OR – Raġuni relattiva għal rifjut – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punti 58, 66)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Date rilevanti għall-eżami ta’ raġuni relattiva għal rifjut – Data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

(ara l-punti 74 sa 77)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Legalità – Eżami mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punt 79)

4. 

Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 80)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5))

(ara l-punti 86, 104)

6. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Trade marks verbali GOLDEN BALLS u BALLON D’OR

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5))

(ara l-punti 92, 103, 110, 129, 137, 143, 148 sa 152)

7. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Reputazzjoni tat-trade mark fl-Istat Membru jew fl-Unjoni – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5))

(ara l-punt 93)

8. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5))

(ara l-punti 106, 107)

9. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5))

(ara l-punt 108)

10. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Rabta bejn it-trade marks

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5))

(ara l-punti 111, 112)

11. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju – Riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ inġust jew ta’ dannu

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5))

(ara l-punt 140)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat‑30 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1962/2015‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra Presse u Inez Samarawira.

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat‑30 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1962/2015‑1) hija annullata sa fejn hija laqgħet l-oppożizzjoni għal dak li jirrigwarda l-“islot machines, intiżi li jintużaw flimkien ma’ screen, apparati u strumenti xjentifiċi, nawtiċi, għal skopijiet ta’ sondaġġi, fotografiċi, ċinematografiċi, ottiċi, li jiżnu, li jkejlu, li jissenjalaw, li jivverifikaw (superviżjoni), tas-salvataġġ u tat-tagħlim; apparati biex tirrekordja, għat-trasmissjoni u riproduzzjoni ta’ ħsejjes u stampi; magni tal-bejgħ awtomatiċi u mekkaniżmi għal apparati mħaddma bil-muniti; cash registers, kalkulaturi, tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni u kompjuters; apparati u strumenti fotografiċi, ċinematografiċi u ottiċi, diski vojta, tagħmir għall-ipproċessar tad-data u kompjuters, ħardwer tal-kompjuter, mattijiet għall-maws, aċċessorji tat-telefons ċellulari, nuċċalijiet tax-xemx” inklużi fil-klassi 9, id-“dekorazzjonijiet għas-siġar tal-Milied” inklużi fil-klassi 28 u l-“produzzjonijiet teatrali bħal wirjiet u drammi, produzzjonijiet ta’ kummiedji mużikali, organizzazzjoni ta’ avvenimenti mużikali/kunċerti” inklużi fil-klassi 41.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.