201806220811970772018/C 240/537262017TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180515464722

Kawża T-726/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Ittra mibgħuta mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward tal-protokoll ta’ kumpens tal-Grupp EDF fil-kuntest tat-tneħħija tal-awtorizzazzjoni għat-tħaddim tal-impjant nukleari ta’ Fessenheim — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Terminu għal preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà”)


C2402018MT4620120180515MT0053462472

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-726/17) ( 1 )

“(“Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Ittra mibgħuta mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward tal-protokoll ta’ kumpens tal-Grupp EDF fil-kuntest tat-tneħħija tal-awtorizzazzjoni għat-tħaddim tal-impjant nukleari ta’ Fessenheim — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Terminu għal preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà”)”

2018/C 240/53Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Commune de Fessenheim (Franza), Communauté de communes Pays Rhin-Brisach (Volgelsheim, Franza), Conseil départemental du Haut-Rhin (Colmar, Franza), Conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine, (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: G. de Rubercy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Buchet, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-10 ta’ Awwissu 2017, li permezz tagħha l-Kummissjoni rrijutat li tagħti lir-rikorrenti aċċess għall-ittra mibgħuta fit-22 ta’ Marzu 2017 mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward tal-protokoll ta’ kumpens tal-Grupp Électricité de France (EDF) dwar it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni għat-tħaddim tal-impjant nukleari ta’ Fessenheim.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.

3)

Il-commune de Fessenheim, il-communauté de communes Pays Rhin-Brisach, il-conseil départemental du Haut-Rhin u l-conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


( 1 ) ĠU C 13, 15.1.2018.