18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – CheapFlights International vs EUIPO – Momondo Group (Cheapflights)

(Kawża T-565/17) (1)

((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Cheapflights - Rinviju tal-applikazzjoni għal trade mark quddiem l-eżaminatur għal eżami tar-raġunijiet assoluti għal rifjut - Kontestazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti - Motivi tad-deċiżjoni kkontestata li tinkludi evalwazzjoni dwar il-validità tat-trade mark preċedenti - Kontestazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti - Inammissibbiltà parzjali - Talbiet inċidentali mressqa skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Ċessjoni tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2019/C 65/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Speenoge, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Momondo Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2017 (R 1893/2011-G) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CheapFlights International u Momondo Group.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn dan huwa intiż kontra l-għeluq tal-proċedimenti ta’ appell mid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 1893/2011-G) fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9, 16, 35 u 42 li għalihom id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kienet ċaħdet l-oppożizzjoni ta’ CheapFlights International Ltd.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

CheapFlights International għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO.

4)

L-EUIPO għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.