|
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/54 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Liaño Reig vs SRB
(Kawża T-557/17) (1)
(“Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Talba għal kumpens - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti ta’ investiment - Proċedura ta’ riżoluzzjoni - Skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Annullament parzjali - Indissoċjabbiltà - Inammissibbiltà”)
(2019/C 432/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Carmen Liaño Reig (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: F. López Antón, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: B. Meyring, S. Schelo, F. Málaga Diéguez, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch, M. Bettermann, S. Ianc u M. Rickert, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 6(1)(d) tad-Deċiżjoni tas-SRB SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 dwar skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, billi din id-dispożizzjoni tipprevedi għall-konverżjoni ta’ strumenti tal-grad 2 ta’ fondi proprji identifikati bl-International Securities Identification Number (in-Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni tat-Titoli, ISIN) XS 0550098569 f’ishma ġodda ta’ Banco Popular Español, kif ukoll il-valutazzjoni provviżorja magħmula mill-espert indipendenti u l-valutazzjoni provviżorja magħmula mis-SRB u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 266 TFUE u intiża għall-kumpens, wara l-kanċellazzjoni, tat-telf allegatament sostnut minħabba din il-konverżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ta’ Banco Santander SA, tar-Renju ta’ Spanja u tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Carmen Liaño Reig għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent. |
|
4) |
Carmen Liaño Reig, is-SRB, Banco Santander, ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |