3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-506/17) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s – Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid – dritt”))

(2018/C 436/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), kif ukoll tal-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rami Makhlouf huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 347,16.10.2017.