16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Opere Pie d’Onigo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/17) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna stabbilita mill-Italja favur ċerti fornituri ta’ servizzi soċjosanitarji - Spejjeż marbuta mal-assenza ta’ persunal minħabba maternità u ta’ assistenza tal-membri tal-familja li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dipendenza - Kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istat lil impriżi privati - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Nuqqas ta’ tqegħid f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni żvantaġġuża - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà)

(2019/C 423/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Istituzione pubblica di assistenza e beneficenza “Opere Pie d’Onigo” (Pederobba, l-Italja) (rappreżentant: G. Maso, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2017 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna stabbilita mill-Italja favur ċerti fornituri privati ta’ servizzi soċjosanitarji (għajnuna mill-Istat SA.38825 (2016/NN)) (ĠU 2017, C 219, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent imressqa mill-IPAB di Vicenza, mill-IPAB Casa Gino u Pierina Marani, mill-IPAB Centro Residenziale per Anziani di Cittadelli, mill-Azienda Pubblica dei Servizi alla Persona “Grimani Buttari – residenze per Anziani in Osimo” u mir-Repubblika Taljana.

3)

Istituzione pubblica di assistenza e beneficienza “Opere Pie d’Onigo” hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

IPAB di Vicenza, IPAB Casa Gino e Pierina Marani, IPAB Centro Residenziale per Anziani di Cittadelli, Azienda Pubblica dei Servizi alla Persona “Grimani Buttari – residenze per Anziani in Osimo” u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talbiet ta’ intervent.


(1)  ĠU C 330, 2.10.2017