201806290501986632018/C 249/434652017TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180518343411

Kawża T-465/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2018 – VKR Holding vs EUIPO (VELUX) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VELUX — Rivendikazzjoni tal-anzjanità tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti VELUX — Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Tmiem tas-suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)


C2492018MT3410120180518MT0043341341

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2018 – VKR Holding vs EUIPO (VELUX)

(Kawża T-465/17) ( 1 )

“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VELUX — Rivendikazzjoni tal-anzjanità tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti VELUX — Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Tmiem tas-suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)”

2018/C 249/43Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VKR Holding A/S (Søborg, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Heebøll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1927/2016-2), dwar talba intiża għar-rivendikazzjoni tal-anzjanità tat-trade mark nazzjonali (Estonjana) identika għat-trade mark verbali “VELUX”, irreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 309, 18.09.2017.