Kawża T-298/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2018 – Iordăchescu et vs Il-Parlament et (“Rikors għal annullament — Direttiva 2014/40/UE — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Talba għad-danni — Rikors promotur — Ksur tar-rekwiżiti formali — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”)
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2018 – Iordăchescu et vs Il-Parlament et
(Kawża T-298/17) ( 1 )
“(“Rikors għal annullament — Direttiva 2014/40/UE — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Talba għad-danni — Rikors promotur — Ksur tar-rekwiżiti formali — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”)”
2018/C 221/32Lingwa tal-kawża: ir-RumenPartijiet
Rikorrenti: Adrian Iordăchescu (Bukarest, ir-Rumanija), Florina Iordăchescu (Bukarest), Mihaela Iordăchescu (Bukarest) u Cristinel Iordăchescu (Bukarest) (rappreżentant: A. Cuculis, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u C. Ionescu Dima, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Karlsson u O. Segnana, aġenti) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Stancu u J. Tomkin, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014, L 127, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament mġarrab mir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Adrian Iordăchescu, Florina Iordăchescu, Mihaela Iordăchescu u Cristinel Iordăchescu huma kkundannati għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 256, 7.8.2017.