19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Национальный Продукт)

(Kawża T-246/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Национальный Продукт - Ksur tar-rekwiżiti formali - Artikolu 177(1)(d) u (e) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 063/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 (Każ R 1017/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Национальный Продукт bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.