Kawża T-234/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Siberian Vodka vs EUIPO – Schwarze und Schlichte (DIAMOND ICE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjon Ewropea — Trade mark verbali DIAMOND ICE — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti DIAMOND CUT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Siberian Vodka vs EUIPO – Schwarze und Schlichte (DIAMOND ICE)
(Kawża T-234/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjon Ewropea — Trade mark verbali DIAMOND ICE — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti DIAMOND CUT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)”
2018/C 221/31Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżPartijiet
Rikorrenti: Siberian Vodka AG (Herisau, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Schwarze und Schlichte Markenvertrieb GmbH & Co. KG (Oelde, il-Ġermanja) (rappreżentant A. Zafar, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2017 (Każ R 1171/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Schwarze und Schlichte Markenvertrieb u Siberian Vodka.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Siberian Vodka AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 195, 19.6.2017.