201806220681970452018/C 240/491972017TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180504444411

Kawża T-197/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Abel et vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ambjent — Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament dwar l-emissjonijiet niġġiesa minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi ħfief kummerċjali — Talba għall-kumpens ta’ danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti — Assenza ta’ natura reali u ċerta tad-dannu — Sitwazzjoni li tista’ taffettwa moralment kull persuna — Assenza ta’ dannu reparabbli — Talba għal ordni”)


C2402018MT4410120180504MT0049441441

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Abel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-197/17) ( 1 )

“(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ambjent — Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament dwar l-emissjonijiet niġġiesa minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi ħfief kummerċjali — Talba għall-kumpens ta’ danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti — Assenza ta’ natura reali u ċerta tad-dannu — Sitwazzjoni li tista’ taffettwa moralment kull persuna — Assenza ta’ dannu reparabbli — Talba għal ordni”)”

2018/C 240/49Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marc Abel (Montreuil, Franza), u l-1428 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru f’anness mad-digriet (rappreżentant: J. Assous, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. Huttunen u A. Becker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marc Abel u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 151, 15.5.2017.