6.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 490/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Aeris Invest vs BĊE
(Kawża T-827/17) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Dokumenti relatati mal-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fil-konfront ta’ Banco Popular Español - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE - Dokumenti li jirriflettu r-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni protetta bħala tali skont id-dritt tal-Unjoni - Kunċett ta’ informazzjoni kunfidenzjali - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Derogi mill-obbligu tas-sigriet professjonali - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)
(2021/C 490/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Aeris Invest Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u E. Galán Burgos, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: T. Filipova, D. Báez Seara u F. von Lindeiner, aġenti, assisti minn M. Kottmann, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, J. Rius, C. Ehrbar u A. Steiblytė, aġenti), Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo u A. Rodríguez Conde, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjonijiet LS/MD/17/405, LS/MD/17/406 u LS/MD/17/419 tal-BĊE tas-7 ta’ Novembru 2017 li jirrifjutaw l-aċċess sħiħ għal ċerti dokumenti relatati mal-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni LS/MD/17/406 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tas-7 ta’ Novembru 2017, hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-riżultat tal-votazzjoni fi ħdan il-Kunsill Governattiv tal-BĊE li jinsab fil-minuti tal-447 laqgħa tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Aeris Invest Sàrl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll żewġ terzi minn dawk sostnuti mill-BĊE. |
4) |
Il-BĊE għandu jbati terz mill-ispejjeż rispettivi tiegħu. |
5) |
Il-Kummissjoni Ewropea u Banco Santander, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |