4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – TeamBank vs EUIPO – Fio Systems (FYYO)

(Kawża T-826/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FYYO - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea FIO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2019/C 44/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TeamBank AG Nürnberg (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Terheggen u H. Lindner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fio Systems AG (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Hänsel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 (Każ R 2337/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fio Systems u TeamBank Nürnberg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TeamBank AG Nürnberg hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.