|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2019 — Nerantzaki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-813/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/331/16 - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni - Żball ta’ liġi”)
(2019/C 230/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eleni Nerantzaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Korogiannakis, sussegwentement minn L. Levi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Mihaylova u L. Radu Bouyon, sussegwentement minn L. Radu Bouyon, D. Milanowska u B. Mongin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Ġħażla tal-15 ta’ Mejju 2017 li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/331/16 u minn naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ Settembru 2017 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma tiġix ammessa għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Ġħażla tal-15 ta’ Mejju 2017 li Eleni Nerantzaki ma tiġix ammessa għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/331/16, hija annullata |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |