3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/74


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Kiku vs CPVO — Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie (Pinova)

(Kawża T-765/17) (1)

(“Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Varjetà ta’ tuffieħ Pinova - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Oriġinalità ta’ varjetà - Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Oneru tal-prova - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94 - Investigazzjoni ex officio tal-fatti miċ-CPVO”)

(2019/C 187/78)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kiku GmbH (Cornaiano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. Ekvad, F. Mattina u O. Lamberti, aġenti, assistiti minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell taċ-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Leidereiter, sussegwentement B. Lorenzen, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tas-16 ta’ Awwissu 2017 (Każ A 005/2016), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kiku u Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kiku GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.