6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma)

(Kawża T-762/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta forma - Raġuni assolut ta’ rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 155/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grammer AG (Amberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2250/2016-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ forma bħala trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2250/2016-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Grammer AG għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.