8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-751/17) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ittra indirizzata mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Franċiżi dwar il-protokoll ta’ kumpens lill-grupp EDF fil-qafas tar-revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ amministrazzjoni tal-impjat nukleari ta’ Fessenheim - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Interess pubbliku superjuri”)

(2019/C 230/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Commune de Fessenheim (Franza), Communauté de communes Pays Rhin-Brisach (Volgelsheim, Franza), Conseil départemental du Haut-Rhin, (Colmar, Franza), Conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine, (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: G. de Rubercy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier, B. Fodda u J.-L. Carré, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjuta l-aċċess għall-ittra li hija indirizzat lill-awtoritajiet Franċiżi fit-22 ta’ Marzu 2017, dwar l-abbozz ta’ protokoll ta’ kumpens lil Électricité de France (EDF) għall-għeluq tal-impjant nukleari ta’ Fessenheim.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-commune de Fessenheim, il-communauté de communes Pays Rhin-Brisach, il-conseil départemental du Haut-Rhin u l-conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.