9.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – Kerkosand vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-745/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna intiża għal proġett ta’ investiment fil-Punent tas-Slovakkja - Għajnuna għall-investiment reġjonali - Ċaħda ta’ lment - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Kundizzjonijiet għal eżenzjoni - Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 - Portata tas-setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni - Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 - Kunċett ta’ SME - Artikolu 3(2) u (3) tal-Anness I tar-Regolament Nru 651/2014 - Informazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-għadd tal-persunal u għall-ammonti finanzjarji u perijodu ta’ referenza - Artikolu 4 tal-Anness I tar-Regolament Nru 651/2014 - Dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern - Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Diffikultajiet serji”)

(2020/C 378/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kerkosand spol. s r. o. (Šajdíkove Humence, is-Slovakkja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u C. Holtmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck u A. Bouchagiar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5050 final tal-20 ta’ Lulju 2017, dwar l-għajnuna għall-investiment favur il-produttur Slovakk tar-ramel tas-silika NAJPI a. s. (SA.38121 (2016/FC) – Is-Slovakkja) (ĠU 2017, C 336, p. 1),

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5050 final tal-20 ta’ Lulju 2017 dwar l-għajnuna għall-investiment favur il-produttur Slovakk tar-ramel tas-silika NAJPI a. s. (SA.38121 (2016/FC) – Is-Slovakkja), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.