4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Bischoff vs EUIPO – Miroglio Fashion (CARACTÈRE)

(Kawża T-743/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CARACTÉRE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]”))

(2019/C 82/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bischoff GmbH (Muggensturm, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miroglio Fashion Srl (Alba, l-Italja) (rappreżentant: O. Vanner, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Lulju 2017 (Każ R 328/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bischoff u Miroglio Fashion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bischoff GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.