25.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – ViaSat vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-734/17) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Operatur ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita - Dokumenti pprovduti lill-Kummissjoni minn kandidat magħżul fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti - Rifjut impliċitu u espliċitu ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Interess pubbliku superjuri - Rifjut ta’ aċċess parzjali”)
(2020/C 175/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ViaSat, Inc. (Carlsbad, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, L. Marco Perpiñà, P. de Bandt u M. Gherghinaru, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u C. Ehrbar, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Inmarsat Ventures Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Spontoni, B. Amory, É. Barbier de La Serre, avukati, u A. Howard, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrenti tal-10 ta’ Lulju 2017 għal aċċess għall-informazzjoni kollha pprovduta minn Inmarsat plc, Inmarsat Ventures jew mis-sussidjarji tagħhom fl-okkażjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa għal offerti tal-Unjoni Ewropea li tat lok għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU 2009, L 149, p. 65), u għal kull skambju ta’ informazzjoni li jirrigwarda dan is-suġġett bejn Inmarsat u l-Kummissjoni, u sussegwentement għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 180 finali tal-11 ta’ Jannar 2018, li tirrifjuta l-aċċess għal din l-informazzjoni.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx lok iktar li tingħata deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrenti tal-10 ta’ Lulju 2017 għal aċċess għall-informazzjoni kollha pprovduta minn Inmarsat plc, Inmarsat Ventures jew mis-sussidjarji tagħhom fl-okkażjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa għal offerti tal-Unjoni Ewropea li tat lok għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) u għal kull skambju ta’ informazzjoni li jirrigwarda dan is-suġġett bejn Inmarsat u l-Kummissjoni. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
ViaSat, Inc., hija kkundannata tbati, minbarra tliet kwarti mill-ispejjeż rispettivi tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni u minn Inmarsat Ventures. |
4) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra kwart mill-ispejjeż rispettivi tagħha, kwart mill-ispejjeż sostnuti minn ViaSat u minn Inmarsat Ventures. |