13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Clestra Hauserman vs Il-Parlament

(Kawża T-725/17) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet relatati mal-‘Ħitan li jinqalgħu — bibien’ tal-proġett għall-estensjoni u għall-immodernizzar tal-Binja Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Offerta anormalment baxxa - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2019/C 164/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Clestra Hauserman (Illkirch Graffenstaden, Franza) (rappreżentant: J. Gehin, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Naglič u B. Schäfer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Awwissu 2017 meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T 16-AO8 relatata mal-lott Nru 55, bit-titolu “Ħitan li jinqalgħu — bibien”, tal-proġett għall-estensjoni u għall-immodernizzar tal-Binja Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Clestra Hauserman għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.