|
10.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/51 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – FMC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-719/17) (1)
(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva flupirsulfuron-metil - Nuqqas ta’ tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Proposta ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza attiva - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Drittijiet tad-difiża - Ċertezza legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi”)
(2021/C 182/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: FMC Corporation (Philadelphia, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, I. Antypas u A. Accarain, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, G. Koleva u I. Naglis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1496 tat-23 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017, L 218, p. 7).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
FMC Corporation għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura ta’ sostituzzjoni u mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |