19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-718/17) (1)

(“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u assistenti fis-settur tal-bini - Konoxxenzi lingwistiċi - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 għal kompetizzjonijiet fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Interess tas-servizz - Proporzjonalità”)

(2021/C 289/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvukat ta' l-Istat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, D. Milanowska u L. Vernier, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Jiménez García, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa EPSO/AD/342/17 (AD 6), organizzata għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ inġiniera tal-ġestjoni tal-bini (inklużi l-inġiniera ambjentali u tas-servizzi), u EPSO/AST/141/17 (AST 3), organizzati għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riserva, l-ewwel, ta’ koordinaturi u tekniċi tal-kostruzzjoni tal-bini (profil 1), it-tieni, koordinaturi u tekniċi tal-bini fl-arja kondizzjonata u l-inġinerija (profil 2) u, it-tielet, assistenti fil-sigurtà fuq il-post okkupazzjonali u s-sigurtà tal-bini (profil 3) (ĠU 2017, C 242A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa EPSO/AD/342/17 (AD 6), organizzata għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ inġiniera tal-ġestjoni tal-bini (inklużi l-inġiniera ambjentali u tas-servizzi), u EPSO/AST/141/17 (AST 3), organizzati għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riserva, l-ewwel, ta’ koordinaturi u tekniċi tal-kostruzzjoni tal-bini (profil 1), it-tieni, koordinaturi u tekniċi tal-bini fl-arja kondizzjonata u l-inġinerija (profil 2) u, it-tielet, assistenti fil-sigurtà fuq il-post okkupazzjonali u s-sigurtà tal-bini (profil 3), huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-Repubblika Taljana.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.