9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — MAN Truck & Bus vs EUIPO — Halla Holdings (MANDO)

(Kawża T-698/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MANDO - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti MAN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Man - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 305/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MAN Truck & Bus (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Ivanauskas u D. Walicka, sussegwentement J Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Halla Holdings Corp. (Yongin-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: M.-R. Hirsch u C. de Haas, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1919/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Man Truck & Bus u Halla Holdings.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1919/2016-1), hija annullata sa fejn ikkonkludiet l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark MANDO u r-reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti Nru 863 418 tat-trade mark figurattiva MAN.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.