2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-695/17 u T-704/17) (1)

(“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Ġermaniża, dik Franċiża, Taljana u Olandiża - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwi 2 u 3 tal-kompetizzjonijiet għall-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1) u (6), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Interessi tas-servizz - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 310/20)

Lingwi tal-kawżi: it-Taljan u l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-695/17: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Rikorrent fil-Kawża T-704/17: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Aguilera Ruiz, aġent)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, D. Milanowska, N. Ruiz García u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa organizzati sabiex jinħolqu listi ta’ riserva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi (AD 5) tal-lingwa Ġermaniża (EPSOAD/343/17), tal-lingwa Franċiża (EPSO/AD/344/17), tal-lingwa Taljana (EPSO/AD/345/17), u tal-lingwa Olandiża (EPSO/AD/346/17) (ĠU 2017, C 224 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-695/17 u T-704/17 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

L-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa organizzati bil-ħsieb li jiġu stabbiliti listi ta’ riserva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi (AD 5) tal-lingwa Ġermaniża (EPSOAD/343/17), tal-lingwa Franċiża (EPSO/AD/344/17), tal-lingwa Taljana (EPSO/AD/345/17), u tal-lingwa Olandiża (EPSO/AD/346/17) hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T-695/17 u dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kawża T-704/17.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.