9.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-626/17) (1)

(“Agrikoltura - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Denominazzjonijiet tal-oriġini fis-settur tal-inbid - Tikkettar tal-inbejjed - Indikazzjoni tal-isem ta’ varjetà ta’ għeneb tal-inbid li jinkludi jew li jikkonsisti f’denominazzjoni tal-oriġini protetta - Projbizzjoni - Deroga - Regolament Delegat (UE) 2017/1353 - Inklużjoni tal-isem tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid ‘teran’ fil-lista li tinsab fil-Parti A tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 - Effett retroattiv għad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni - Denominazzjoni tal-oriġini protetta Slovena ‘Teran’ - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni - Ftehim interistituzzjonali dwar it-titjib tal-leġiżlazzjoni - Bilanċ istituzzjonali”)

(2020/C 378/29)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u T. Mihelič Žitko, aġenti, assistiti minn R. Knaak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers, I. Galindo Martín u B. Rous Demiri, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja (rappreżentanti: G. Vidović Mesarek, aġent, assistit minn I. Ćuk, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1353 tad-19 ta’ Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 fir-rigward ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed (ĠU 2017, L 190, p. 5)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 392, 20.11.2017.