4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-609/17) (1)

([“FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul minn Franza - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa - Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 - Kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata - Kontrolli - Proporzjonalità”])

(2019/C 82/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas, B. Fodda u E. de Moustier, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u D. Bianchi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn hija teskludi l-pagamenti magħmula mir-Repubblika Franċiża mill-FAEG għal ammont ta’ EUR 120 901 216,61.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017.