29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Volotea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-607/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-ajru - Għajnuna mogħtija mill-Italja favur l-ajruporti ta’ Sardegna - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Imputabbiltà lill-Istat - Irkupru - Benefiċjarji - Vantaġġ favur il-kumpanniji tal-ajru kontraenti - Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq - Selettivitá - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Irkupru - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2020/C 215/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Volotea, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Carpagnano u M. Nordmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia, D. Grespan u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861, tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (ĠU 2017, L 268, p. 1).

Dispożitiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volotea, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 392, 20.11.2017.