|
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Rubik’s Brand vs EUIPO – Simba Toys (Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja)
(Kawża T-601/17) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament 2017/1001) - Sinjal kompost esklużivament mill-forma tal-prodott meħtieġa għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001) - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001) - Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 432/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rubik’s Brand Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Szamosi u M. Borbás, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 452/2017-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Simba Toys u Rubik’s Brand.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Rubik’s Brand Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |