Kawża T-556/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Staropilsen vs EUIPO – Pivovary Staropramen (STAROPILSEN; STAROPLZEN) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STAROPILSEN; STAROPLZEN — Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali STAROPRAMEN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Staropilsen vs EUIPO – Pivovary Staropramen (STAROPILSEN; STAROPLZEN)
(Kawża T-556/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STAROPILSEN; STAROPLZEN — Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali STAROPRAMEN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”
2018/C 276/75Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Staropilsen s. r. o. (Plzeň, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: A. Kodrasová, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pivovary Staropramen s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Vojáček, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 236/2017-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Pivovary Staropramen u Staropilsen.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Staropilsen s. r. o. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 347, 16.10.2017.