|
4.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – WL vs ERCEA
(Kawża T-493/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Investigazzjoni amministrattiva - Estensjoni tal-perijodu ta’ prova - Att preparatorju - Tkeċċija - Avviż tat-tkeċċija permezz tal-posta elettronika - Terminu ta’ lment - Punt tat-tluq - Inammissibbiltà - Osservanza tar-rekwiżiti formali essenzjali - Deċiżjoni ta’ tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja - Responsabbiltà - Talba għal seduta fformulata fir-rikors u mhux imtennija skont l-Artikolu 106(2) tar-Regoli tal-Proċedura”))
(2019/C 44/46)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: WL (rappreżentant: F. Elia, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (rappreżentanti: F. Sgritta u M. Chacón Mohedano, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ERCEA tat-tkeċċija kkomunikata bil-fomm lir-rikorrenti fl-10 ta’ Jannar 2017, għall-irkupru immedjat tar-relazzjoni tax-xogħol u għall-kundanna tal-ERCEA għall-ħlas tar-remunerazzjonijiet skaduti fil-frattemp, it-tieni nett, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ERCEA tat-28 ta’ Ottubru 2016 tal-estensjoni tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrenti u għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ dan il-perijodu ta’ prova b’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, it-tielet nett, għall-annullament tal-atti kkostitwiti permezz ta’ investigazzjoni amministrattiva mwettqa mill-Uffiċċju ta’ investigazzjoni u ta’ dixxiplina tal-Kummissjoni (IDOC) u tar-rapport ta’ din l-investigazzjoni bid-data tas-7 ta’ Novembru 2016 kif ukoll għall-kundanna tal-ERCEA biex tneħħi l-imsemmija investigazzjoni mis-sistema informatika tal-ġestjoni tal-persunal u minn kull database oħra preżenti fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ir-raba’ nett, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ERCEA ta’ tkeċċija bid-data tat-22 ta’ Diċembru 2016 u li wasslet għand ir-rikorrenti fl-24 ta’ Jannar 2017, għall-irkupru immedjat tar-relazzjoni tax-xogħol u għall-kundanna tal-ERCEA biex tħallas danni u imgħaxijiet abbażi tal-kumpens tad-dannu kkostitwit mir-remunerazzjonijiet skaduti mid-data tat-tkeċċija sal-pubblikazzjoni tas-sentenza jew, fin-nuqqas ta’ integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg, għall-kundanna tal-ERCEA biex issewwi d-dannu li jinsab fit-telf ta’ salarji sal-iskadenza tal-kuntratt u li jammonta għal EUR 39 000 u, il-ħames nett, u fi kwalunkwe każ, għall-kundanna tal-ERCEA biex tħallas lir-rikorrenti is-somma ta’ EUR 300 000 abbażi tal-kumpens jew kull somma oħra, superjuri jew inferjuri, li ser tiġi deċiża bħala ekwa, minħabba dannu gravi għall-immaġni u għar-reputazzjoni personali u professjonali tar-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
WL hija kkundannata għall-ispejjeż. |