12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 408/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Medisana vs EUIPO (happy life)

(Kawża T-457/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali happylife - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 408/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Medisana AG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1965/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali happy life bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Medisana AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017