|
25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-433/17) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Dokumenti miżmuma mill-istituzzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha - Talba għal aċċess ippreżentata minn ex Imħallef tal-Qorti Ġenerali - Rifjut parzjali għal aċċess - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni”)
(2019/C 399/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Franklin Dehousse (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u V. Hanley-Emilsson, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tat-18 u 22 ta’ Mejju 2017 li permezz tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrifjutat li tilqa’ t-talbiet għal aċċess għal ċerti dokumenti mressqa mir-rikorrent fis-27 ta’ Jannar 2017 u fl-14 ta’ Diċembru 2016 rispettivament u min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament subixxa minħabba l-aġir żbaljat tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta hija rrifjutat li tilqa’ t-talbiet tiegħu għal informazzjoni mressqa bejn il-15 ta’ Lulju u l-10 ta’ Awwissu 2016.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-18 ta’ Mejju 2017 li tiċħad it-tieni talba konfermatorja ta’ aċċess għal ċerti dokumenti ta’ Franklin Dehousse hija annullata sa fejn din irrifjutat l-aċċess għal “skambji, fiż-żewġ sensi, bejn il-President Skouris jew il-Kap tal-Kabinett tiegħu, mal-awtoritajiet pubbliċi Ġermaniżi kollha bejn l-2011 u l-2015 inklużi”. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |