|
16.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 390/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Portigon vs SRB
(Kawża T-420/17) (1)
(“Unjoni ekonomika u monetarja - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) - Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 - Rikors għal annullament - Inċidenza diretta u individwali - Ammissibbiltà - Rekwiżiti formali essenzjali - Awtentifikazzjoni tad-deċiżjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza”)
(2020/C 390/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener, V. Jungkind u F. Geber, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: P. Messina u J. Kerlin, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo u T. Klupsch, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u K.-Ph. Wojcik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05) hija annullata, sa fejn tikkonċerna lil Portigon AG. |
|
2) |
Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Portigon. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |